Parva Parvorum Pulchra

Parva Parvorum Pulchra

Fittex fis-Sit

Sena Ġdida fis-sena skolastika 2009-2010 PDF Print E-mail
Written by Claudine   
Il-Ħamis, 07 Jannar 2010 08:49

Nagħtu merħba lis-sena 2010 li daħlitna fit-tieni terminu skolastiku tas-sena 2009-2010. Il-kalendarju ta' attivitajiet għal dan it-terminu skolastiku, bħal ta' qablu, huwa wieħed mimli pjanijiet u attivitajiet fis-seba' skejjel tal-Kulleġġ Santa Tereża. Dan l-impenn ikompli jiddependi mill-professjonalita' u mill-ħila tal-amministraturi tal-iskejjel u tal-għalliema, mill-ħerqa għat-tagħlim tat-tfal u tal-istudenti, mill-attenzjoni u l-kura tal-ġenituri lejn uliedhom.

L-Uffiċju tal-Prinċipal tal-Kulleġġ Santa Tereża jkompli jinkoraġixxi, jfaħħar u jippromwovi dawn il-kwalitajiet li jagħmlu differenza fl-iżvilupp u s-sodisfazzjon tat-tfal, tal-istudenti u tal-għalliema, u jawgura terminu skolastiku ieħor ta' kwalita'.

 
 
Joomla 1.5 Templates by Joomlashack