Parva Parvorum Pulchra

Parva Parvorum Pulchra

L-Istrina : Donazzjoni ta' madwar 7,000 Ewro. PDF Print E-mail

Fl-edizzjoni ta' L-Istrina 2009 l-Kulleġġ Santa Tereża ta s-sehem tiegħu ukoll. Dan ma sarx biss bil-kollaborazzjoni mal-Uffiċċju tal-President tar-Repubblika permezz tal-piggy banks fl-iskejjel, iżda b'attivitajiet fuq bażi ta' Kulleġġ u bis-sehem tal-iskejjel kollha fi ħdanu.

 

Hija ħaġa sabiħa li madwar erba' ġimgħat ilu nagħtat donazzjoni ta' kważi 4,000 li nġabret mill-Fun Run organizzata mil-Liċeo tal-Bniet tal_imrieħel bil-kollaborazzjoni ta' ĠestFEST li hija l-maratona uffiċċjali tal-Kulleġġ Santa Tereża. Nhar is-Sibt 26 ta' Diċembru 2009, il-Prinċipal tal-Kulleġġ flimkien ma' amministraturi mill-Kulleġġ Santa Tereża taw donazzjoni oħra ta' 3,000 li nġabru mill-maratona ĠestFEST għal dan il-għan.

L-Uffiċċju tal-Prinċipal, flimkien mal-amministrazzjoni tal-iskejjel u l-istaff kollu juru l-apprezzament tagħhom lejn dan l-impenn nobbli b'riżq persuni fil-bżonn.

L-Uffiċċju tal-Prinċipal ifakkar li t-tieni edizzjoni ta' ĠestFEST ser issir f'Mejju 2010 u kull min jixtieq jagħti s-sehem tiegħu jista' jagħmel kuntatt mas-sinjura Magdalen Scerri (email: This e-mail address is being protected from spambots. You need JavaScript enabled to view it ) jew mas-Sinjura Louise Portelli (email: This e-mail address is being protected from spambots. You need JavaScript enabled to view it ) jew fuq tel.: 21496520, 21491209.

Lill-istaff, studenti, ġenituri fil-ħdan il-Kulleġġ tagħna, Prosit u Grazzi!

 
 
Joomla 1.5 Templates by Joomlashack