|
Written by Claudine
|
|
It-Tlieta, 15 Diċembru 2009 18:34 |
|
Wara li t-tfal tal-Ħames Sena fl-iskola primarja ta’ Santa Venera ntagħżlu mill-Prim Ministru biex jagħmlulu l-kartolina uffiċċjali tiegħu u tas-Sinjura Gonzi, nhar il-Ħamis 3 ta’ Diċembru 2009 tfal mill-iskejjel kollha tal-Kulleġġ inġabru flimkien fl-Uffiċċju tal-Prinċipal biex żejnuh b’dekorazzjonijiet li ħejjew huma stess.
Fost l-oħrajn l-istudenti ppreparaw presepju fl-ilma, siġra tal-Milied mill-fliexken vojta tal-ilma, dekorazzjonijiet għas-siġra tal-Milied, siġra tal-Milied bħala ċentru għall-boardroom table, anġli, tiżjin għat-twieqi, u dekorazzjonijiet għan-noticeboard. L-Amministrazzjoni tal-Kulleġġ Santa Tereża tapprezza ħafna l-entużjażmu, l-enerġija u l-ferħ tat-tfal tal-Kulleġġ mgħejjuna mill-għalliema ddedikati tagħhom. Link għal-kartolina li għamlu t-tfal ta' Santa Venera Awguri mill-Qalb għal Mumenti Maġiċi. 
|
|
Aġġornat ( It-Tnejn, 28 Diċembru 2009 01:16 )
|