Parva Parvorum Pulchra

Parva Parvorum Pulchra

Fittex fis-Sit

Merħba PDF Print E-mail
Written by Administrator   
It-Tnejn, 26 Ottubru 2009 08:14

Merħba għal sena skolastika ġdida fil-Kulleġġ Santa Tereża. Matul din is-sena skolastika, kif għamilna f’dik li għaddiet, ser inżommu u nkomplu nibnu fuq il-ħafna prattika tajba li għandna fis-seba’ skejjel tal-Kulleġġ. Ser inkomplu naħdmu wkoll biex intejbu fejn hu meħtieġ, u kif inhi t-tradizzjoni tal-Kulleġġ, din is-sena ser tara fiha wkoll numru ta’ inizjattivi ġodda, b’uħud minnhom ġodda għal pajjiżna.

Dan kollu sar u qiegħed isir bis-sehem professjonali tal-kapijiet tal-iskejjel u l-assistenti tagħhom, tal-għalliema, tal-bqija tal-istaff fl-iskejjel, tat-tfal u tal-istudenti, tal-ġenituri u tal-komunità. Inkompli nħeġġiġkom biex flimkien inkomplu nseddqu l-kultura tal-Kulleġġ tagħna ... il-Kulleġġ Santa Tereża.

Merħba lis-Sur Ray Briffa u lis-Sinjura Yvette Grima, lis-Sur Anthony Mangion, lis-Sur Stephen Micallef, Sinjura Mary Claire Mifsud, Sinura Mariella Zikic u lis-Sinjura Doris Pace Grima li ngħaqdu magħna fl-amministrazzjoni tal-iskejjel. Merħba wkoll lill-istaff li qiegħed jingħaqad magħna din is-sena.  Nawguraw ukoll pubblikament lis-Sinjura Farrugia li nħatret Kap ta’ Skola.

Ippermetuli nsellem lis-Sur Grima u lis-Sur Young li rtiraw bil-pensjoni mis-servizz u lis-Sinjuri Mifsud, Gafà,  Inguanez, Formosa u Zammit li m’għadhomx fil-Kulleġġ tagħna.

 

 

 

Aġġornat ( It-Tlieta, 15 Diċembru 2009 19:13 )
 
 
Joomla 1.5 Templates by Joomlashack