|
Uniformi ġdida għall-Kindergarten tal-Kulleġġ |
|
|
|
|
Written by Administrator
|
|
It-Tnejn, 26 Ottubru 2009 08:13 |
|
Il-Kulleġġ Santa Tereża qiegħed jintroduċi l-uniformi l-ġdida għat-tfal tal-Kindergarten I. Din l-uniformi kienet diskussa matul is-sena skolastika li għaddiet waqt numru ta’ laqgħat, fosthom laqgħat tal-Kunsill tal-Kapijiet tal-Iskejjel tal-Kulleġġ.
Id-disinn tfassal b’konsultazzjoni ma’ esperti f’dan il-qasam waqt li l-kapijiet tal-iskejjel ikkonsultaw mal-istaff fl-iskejjel tagħhom. Il-Kulleġġ ħareġ Tender li kien evalwat minn uffiċjali tad-DES u tal-Kulleġġ u ntrebaħ minn Eagle K-Wear Ltd. L-ilwien tal-uniformi huma l-ilwien uffiċċjali tal-Kulleġġ Santa Tereża (li huma parti mill-immaġini korporattiva tal-Kulleġġ).
|