|
Written by Administrator
|
|
It-Tnejn, 26 Ottubru 2009 08:12 |
|
Il-Kulleġġ Santa Tereża qed inhiedi tliet policies komuni ġodda fuq livell ta’ Kulleġġ. Il-policies huma fuq il-ħruġ edukattiv komuni, fuq ix-xogħol għad-dar (Homework), u dwar l-imġieba.Il-Politika komuni dwar il-Ħruġ Edukattiv tistabilixxi ħarġa għal kull terminu skolastiku mill-K1 sas-6 sena tal-Primarja. B’dan il-mod, it-tfal kollha, huma f’liema skola huma tal-Kulleġġ Santa Tereża, ser ikollhom l-istess ħarġa bażika f’kull term.
Il-ħruġ huwa kklassifikat skont in-natura tiegħu, eżempju, kulturali, xjentifiku, edukazzjoni fiżika, ambjentali, u arti u kreattività. Il-Politika dwar ix-Xogħol għad-Dar tispjega t-tipi differenti ta’ xogħol li għandu jinagħta. Interessanti li fost ix-xogħol suġġerit hu reviżjoni, ħarġiet edukattivi mal-familja, logħob u rilassament, u tipi differenti ta’ qari. Il-Politika dwar l-Imġieba tiffoka fuq l-eżempji tajba ta’ mġieba, rwoli u mudelli. Din il-politika tagħti wkoll pjan strateġiku u operattiv dwar kif għandha titħaddem fil-prattika.
|