Parva Parvorum Pulchra

Parva Parvorum Pulchra

Fittex fis-Sit

Foundation Class f’Ta’ Paris, Birkirkara wkoll PDF Print E-mail
Written by Administrator   
It-Tnejn, 26 Ottubru 2009 08:10
Wara li s-sena skolastika li għaddiet il-Kulleġġ Santa Tereża introduċa l-Foundation Classes fis-sekondarja tas-subien ta’ Santa Venera, minn din is-sena grupp ta’ studenti subien li ser jidħlu fl-ewwel sena tas-sekondarja ta’ Birkirkara ser jibdew jattendu huma wkoll programm edukattiv differenti minn dak tradizzjonali. Dan il-programm jibbaża fuq il-ħiliet bażiċi tal-istudent u jiffoka fuq il-Malti, l-Ingliż u l-Matematika u l-bqija tas-suġġetti ser ikunu prattiċi. 
Dawn l-istudenti ntagħżlu wara li sarilhom l-Basic Skills Assessment meta kienu fis-sitt sena tal-primarja. B’hekk, il-Kulleġġ Santa Tereża qiegħed ikompli joffri varjeta’ ta’ programmi edukattivi lit-tfal u lill-istudenti fl-iskejjel skont l-abbiltajiet u l-ħiliet tagħhom, u mhux aktar l-istudenti kollha jsegwu programm edukattiv wieħed.

 
 
Joomla 1.5 Templates by Joomlashack