Parva Parvorum Pulchra

Parva Parvorum Pulchra

Fittex fis-Sit

2 proġetti ġodda oħra fil-Kulleġġ Sta Tereża PDF Print E-mail
Written by Administrator   
It-Tnejn, 26 Ottubru 2009 08:08
Minn din is-sena skolastika l-Kulleġġ Santa Tereża ser ikollu 2 proġetti ġodda oħra. L-ewwel proġett huwa marbut mal-Kindergarten fejn tfal li jidħlu K1 fi Frar mhux se jibqgħu jirrepetu fuq sentejn il-K2, iżda jagħmlu sena sħiħa K1 u sena sħiħa oħra K2 qabel jitilgħu year 1. Dan hu proġett pilota li qed isir f’kollaborazzjoni mad-DES u DQSE.
It-tieni proġett ser isir mill-FES bil-kollaborazzjoni tad-DES tal-Kulleġġ fl-iskola primarja ta’ Birkirkara li ser tiftaħ il-bibien tagħha wara l-ħin tal-iskola sas-6.00 ta’ filgħaxija għal tfal minn 3 sa 16-il sena. Bejn is-2.30 ta’ wara nofsinhar u s-6.00 ta’ filgħaxija t-tfal ser ikollhom programm ta’ attivitajiet li jinkludi assistenza fil-H.W., attivitajiet sportivi ta’ dixxiplini differenti, attivitajiet soċjali fost l-oħrajn. Aktar tagħrif fuq www.kulleġġsantatereża.edu.mt.

 
 
Joomla 1.5 Templates by Joomlashack