L-ewwel edizzjoni tal-maratona bl-isem ta’ ĠestFEST li organizza l-Kulleġġ Santa Tereża kienet esperjenza ta’ suċċess. Din il-maratona tal-Kulleġġ ġabet flimkien għalliema, tfal u ġenituri minn skejjel differenti tal-Kulleġġ. Kienet esperjenza sabiha ħafna wkoll għaliex il-Kulleġġ ikkollabora ma’ entitajiet oħra ‘l barra minnu bħalma huma Birkirkara Football Club Youth Nursery u n-nurseries ta’ Lija/Iklin u Santa Venera, Kunsilli Lokali fil-konfini tal-Kulleġġ u entitajiet kummerċjali.
F’din l-ewwel edizzjoni nġabru €10,021.23, li ser jitqassmu b’dan il-mod: €2422.06 huma spejjeż; €3000.00 huma għall-Community Chest Fund; €4599.17 għal proġetti fl-iskejjel tal-Kulleġġ.
L-Uffiċċju tal-Prinċipal qiegħed jilqa’ r-rakkomandazzjonijiet mingħand kull min hu interessat bħala parti mill-proċess ta’ evalwazzjoni bl-iskop li jsir titjib fl-edizzjoni li jmiss.