Parva Parvorum Pulchra

Parva Parvorum Pulchra

Fittex fis-Sit

MARATONA ta’ 42 siegħa b’riżq il-Community Chest Fund u l-Kulleġġ PDF Print E-mail
Written by Administrator   
It-Tlieta, 07 April 2009 06:15

Poster - Gest FestIl-Kulleġġ Santa Tereża ser jorganizza Maratona ta’ 42 siegħa bejn id-29 u l-31 ta’ Mejju 2009. Il-Maratona ser tinkludi numru ta’ avvenimenti sportivi, kulturali u attivitajiet ta’ divertiment popolari li jinteressaw lill-familja kollha. Fost l-avvenimenti sportivi ser ikun hemm l-atletika, l-futbol, l-volleyboll, it-tag rugby u t-tennis. Ser tittella’ wkoll il-musical Seven Brides for Seven Brothers. Il-Maratona ser tinkludi wkoll żewġt iljieli Maltin u Fiera fuq jumejn.

Tixtieq tkun t'għajnuna? ... ĊEMPLILNA 21 491209

F’din il-Maratona ser jipparteċipaw ukoll it-timijiet tal-Permier League Malti ta’ Birkirkara FC, it-tim tal-Membri Parlamentari u timijiet mill-Kunsilli Lokali. L-iskop prinċipali li għaliha ser tittella’ din il-maratona hu li jinġabru fondi għall-Community Chest Fund u għal proġetti tal-Kulleġġ  b’attivitajiet u avvenimenti li jinteressaw lill-familja kollha.

Il-Maratona ser issir taħt il-Patroċinju tal-Eċċellenza Tiegħu Dr George Abela, President tar-Repubblika ta' Malta.

Tixtieq tkun t'għajnuna b'mod volontarju fl-organizzazzjoni tal-maratona? ... f'xi attivitajiet partikolari? ... b'xi forma ta' għajnuna siewja oħra? ... CEMPLILNA fuq 21491209

Aġġornat ( It-Tnejn, 11 Mejju 2009 15:25 )
 
 
Joomla 1.5 Templates by Joomlashack