Parva Parvorum Pulchra

Parva Parvorum Pulchra

Fittex fis-Sit

Stħarriġ

Kemm ittieħdu inizjattivi fuq livell ta’ Kulleġġ fil-Kulleġġ Santa Tereża?
 

Min qiegħed online

Għandna 8 mistednin online
Banner
Banner
Merħba fil-Kulleġġ Santa Tereża
Learning Support Zone PDF Print E-mail
Minn din is-sena skolastika l-Kulleġġ ser jibda jħaddem il-Learning Support Zone tiegħu fl-iskola sekondarja tas-subien f’Ta’ Paris, Birkirkara. Din hija żona speċjalizzata ħafna għal studenti b’diffikultajiet soċjali, emottivi, u ta’ mġieba. Il-Kulleġġ investa madwar €2000 biex sebbaħ dan il-bini u xtara għamara bażika u adattata għal din iż-żona. Din iż-żona tinkludi kċina, żona ta’ rilassament, diskussjoni u riflessjoni, żona rikreattiva, u żona għal tagħlim formali. 

 
Edukazzjoni Vokazzjonali PDF Print E-mail
Wara l-ftehim li s-sena l-oħra laħaq il-Kulleġġ Santa Tereża ma’ l-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS), il-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ (ETC) u l-Assoċjazzjoni tal-Lukandi u r-Ristoranti Maltin (MHRA), din is-sena skolastika (2009-2010) ser tkun offruta skema ġdida oħra li tinkludi żewġ programmi ‘Food and Beverage Service’ u ‘Housekeeping Operations’ miftuħa għall-istudenti interessati tal-ħames sena sekondarja fl-iskejjel kollha tal-Kulleġġ. 
Kompli Aqra...
 
2 proġetti ġodda oħra fil-Kulleġġ Sta Tereża PDF Print E-mail
Minn din is-sena skolastika l-Kulleġġ Santa Tereża ser ikollu 2 proġetti ġodda oħra. L-ewwel proġett huwa marbut mal-Kindergarten fejn tfal li jidħlu K1 fi Frar mhux se jibqgħu jirrepetu fuq sentejn il-K2, iżda jagħmlu sena sħiħa K1 u sena sħiħa oħra K2 qabel jitilgħu year 1. Dan hu proġett pilota li qed isir f’kollaborazzjoni mad-DES u DQSE.
Kompli Aqra...
 
<< Start < Prev 1 2 Next > End >>

Page 2 of 2
 
Joomla 1.5 Templates by Joomlashack