Parva Parvorum Pulchra

Parva Parvorum Pulchra

STC Youth Club PDF Print E-mail
Written by Administrator   
Tuesday, 10 August 2004 06:30

TEAM - Together Everyone Achieves More

 

Sports, healthy lifestyles, cultural, religious diversity were the main themes of a Youth Exchange between 21 young people from TEAM (a non-formal group of young people from Malta) and another group from Brussels, Belgium aged between 13 and 17 years.  The young people were able to make new friends and get to know about each other’s cultural and religious diversities while, having fun in a healthy environment.  The week’s programme included various team building exercises, games, sports, life skills, heritage trails, treasure hunts, orienteering and cultural visits to Valletta, Mdina, Hagar Qim and Gozo.  The non-formal environment of the Marsaxlokk Youth Activity Centre enhanced the friendly atmosphere prevalent among the young participants, who empowered by their youth workers, shared experiences that widen their European cultural perspectives.

The Youth Exchange was made possible by EU funds granted through the local national agency EUPA.

Giving a Helping Hand


Summer is not only fun and sun for a group of young people attending the Saint Theresa College Summer Youth Club 2013.  During the summer months the young people participate in drama sessions and put up a short play as well as art sessions in which they are creating an artistic collage using various mediums such as clay and glass.  Besides participating in the arts, the young people also use sports as a way to a healthier life style as well as learn various life and soft skills.

The group consisting of young people coming from the secondary schools of Saint Theresa College use their summer holidays to enjoy themselves, make new friends, learn new skills and help others through voluntary work.  In fact the group has been lending a helping hand at St. Joseph Institute in St. Venera and doing cleaning jobs needed to help in the maintenance of the institute.  Thanks go to Fr. Frankie Cini, Director of St. Joseph Institute and the Youth Worker at Saint Theresa College, who made this experience possible and help the young people to develop a sense of altruism to improve the quality of lives of other members of society.  This is not the first time that the young people at Saint Theresa College Youth Club participate in voluntary work as in the recent past years they were part of a team of staff members and students from Saint Theresa College which annually commemorates World Children Day by helping other children and young people through voluntary work done within local children organisations.

 

 


Kreattiv Project 2013


The climax of the Project "Aerial Perspective" sponsored by Kreattiv has been reached on the last week of May with 20 male and female students from Saint Theresa College Mriehel Girls Secondary School and Saint Theresa Birkirkara Boys Secondary School forming the cast and crew of the film "Skies" written by Stanley Agius.
The shooting of this film took these young people to several historical sites around the North of Malta. The students were exposed to new skills in a non-formal fun environment.  Some of these skills included: Gender equality, Time Management, Acting in front of a camera, Living with others, Data Logging, Filming and being positive, to mention a few.
This project sponsored by Kreattiv was done in collaboration with our creative partners Motion Blur, who were extremely supportive all the way.  The short film was directed by Shirley Spiteri Mintoff, Director of Photography, Stanley Agius and Produced by Mario Demanuele. The rest of the crew was fully composed of the students who rotated all the roles needed for shooting this film. The College Youth Worker Pauline Tufigno was instrumental in the coordination of this project.

Saint Theresa College Youth Club at EU Parliamentary Debate

The environment was the theme tackled by a group of girls from the Saint Theresa College Youth Club who participated in the EU Parliamentary Debate organised by EU Commission in Malta.  The students wrote an essay on the European Year 2013 theme of Citizenship, which they read out to the audience present at the Aula Magna, Old University in Valletta on Europe Day 9th May.  The speaker of the group, Julia Cini also read out a question which was answered by The Hon. Member of the European Parliament Roberta Metsola Tedesco Triccas.  The team were awarded a certificate of participation and a Tablet.

 

Għeżież Ġenituri,

Bħas-snin li għaddew, sejrin nerġgħu norganizzaw is-St. Theresa College Youth Club għall-istudenti tal-Kulleġġ minn Form 3 ‘l fuq.  Dan il-Youth Club isir wara l-ħin ta’ l-iskola darba fil-ġimgħa u ż-żgħażagħ jiltaqgħu flimkien, jitgħallmu ħiliet,  jagħmlu volontarjat, sports, ħruġ, u drama.  Imexxu dan il-klabb sejrin ikun hemm, il-Youth Worker u membri oħra ta’ l-istaff tal-Kulleġġ.

L-Ewropa fuq ir-Roti

'L-Ewropa fuq ir-Roti' hu proġett imniedi mill-Meusac u d-Dipartiment tal-Informazzjoni fit-8 ta' Mejju li għadda u s'issa ħa aktar minn 2000 ruħ f'sittin tour edukattiv.

It-Tlieta kien imiss group ta' żgħażagħ mill-Youth Club tal-Kulleġġ Santa Tereza li approffittaw mill-vaganzi tas-sajf biex iżuru wħud mill-proġetti li saru mill-Gvern, NGO's u l-privat b'għajnuna minn fondi tal-Unjoni Ewropeja.

Biex taqra aktar fuq dan il-proġett tista' tidħol fuq din il-link t'hawn taħt:

http://www.maltarightnow.com/?module=news&at=%27L%2DEwropa+fuq+ir%2DRoti%27&t=a&aid=99838920&cid=19

 

ewropa1

ewropa2

ewropa4

ewropa5

ewropa6

ewropa7

ewropa8

Laqgħa bejn l-istudenti tal-Youth Club tas-sajf tal-Kulleġġ Santa Tereża u kampjonessi tat-Table Tennis

Waqt barbecue organizzat għall-istudenti tal-Youth Club, membri tal-Kunsilli tal-istudenti tal-Kulleġġ Santa Tereża li sar f’Lulju, l-istudenti kellhom esperjenza unika fil-kamp sportiv.  Huma kellhom l-okkażżjoni li jiltaqgħu ma’ personalitijiet fil-kamp lokali u barrani tat-Table Tennis u jassistu għall-demostration match bejn l-ex-kampjonessa Taljana Roberta Negriolli u l-ex-kampjonessa Maltija Johanna Grech. Barra minn hekk, l-istudenti kellhom l-okkażżjoni li jilgħabu kontra dawn il-kampjonessi u jiġu murija tekniki f’dan l-isport.  Preżenti wkoll għal din l-okkażżjoni kien hemm ukoll is-Sur Joe Borg Cardona, President tal-Malta Table Tennis Association u Dr  Frank Fabri, Prinċipal tal-Kulleġġ Santa Tereża.

tabletennis

 

tabletennis

 

tabletennis

 

Attività tal-Karnival


Attività li ġiet organizzata għal żmien il-karnival għaż-żgħażagħ tfajliet u ġuvintur tal-Youth Club tal-Kulleġġ  Santa Tereża kienet serata ta’ bowling.  Numru sabiħ ta’ żgħażagħ flimkien mal-Youth Worker tal-Kulleġġ u żewġ studenti tal-Youth Studies li qed jagħmlu l-fieldwork placement tagħhom fil-Kulleġġ Santa Tereża, iltaqgħu sabiex flimkien jieħdu gost u jipprattikaw dan l-isport.  Wara marru jieklu xi ħaġa flimkien.  Serata fejn iż-żgħażagħ urew kif tista’ tieħu gost b’mod sempliċi u san fejn spikkat il-ħbiberija u l-ferħ taż-żgħożija.

bowling

 

Saint Theresa College Youth Club Hike in Gozo

Magħtul il-vakanzi tal-Għid il-Youth Club tal-Kulleġġ Santa Tereża organizza hike ġewwa Għawdex għall-istudenti li jattendu l-Youth Club.

Hike

 

Laqgħa mal-President Emeritus E. T. Dr. Edward Fenech Adami

Fis-sensiela ta’ laqgħat u intervisti ma’ personalitajiet importanti  Maltin, iż-żgħażagħ ġurnalisti tal-fuljett ta’ kull xahar – TOPS,  iltaqgħu mal-E.T. Il-President Emeritus Dr. Edward Fenech Adami fir-residenza tiegħu ġewwa Birkirkara.  L-istudenti ko-edituri Dario Sapiano u Anthony Spiteri, għamlu sensiela ta’ mistoqsijiet fuq il-karriera politika u professjonali ta’ Dr. Fenech Adami.  Huwa kien ferm kordjali u tkellem magħhom fuq tfulitu u l-ħajja familjari tiegħu.  L-istudenti tat-TOPS u ta’ Saint Theresa Youth Club diġà  kellhom okkażżjonijiet oħra jiltaqgħu ma’ personalitajiet oħra fosthom il-President tar-Repubblika ta’ Malta E.T. Dr. George Abela, l-Onorevoli Prim Ministru Dr. Lawrence Gonzi u ma’ l-E.T. l-Arċisqof ta’ Malta Mons. Pawlu Cremona.

President emeritus Dr Fenech Adami

 


Matul ix-xhur ta' Lulju u Awwissu 2010, ġie organizzat għal l-ewwel darba klabb tas-sajf fil-Learning Support Zone ta’ I-Iskola Sekondarja Subien Birkirkara, għall-istudenti tat-tieni sena ta' l-Iskola Sekondarja Subien ta' St.Venera u dawk ta' l-Iskola Sekondarja Subien Birkirkara.  L-għan ewlieni ta' dan il-klabb tas-sajf kien li l-istudenti sejrin ikunu flimkien fi skola waħda, jkollhom opportunità b'mod informali li jidraw lil xulxin filwaqt li jużaw b'mod kreattiv il-ħin liberu tagħhom.  Iż-żgħażagħ ipparteċipaw f'sessjonijiet ta' sports, drama, tisjir, disinn u tpinġija u ħarġiet, filwaqt li kellhom sessjonijiet interattivi oħra minn professjonisti fuq l-ewwel għajnuna, l-iġene personali, t-table tennis u skateboarding.  Il-klabb kien immexxi mill-Youth Worker tal-Kullegg flimkien ma’ edukaturi voluntiera tal-Kulleġġ.

Wara s-suċċess li kellu l-klabb taż-żgħażagħ matul ix-xhur tal-vaganzi tas-sajf, u fuq talba taż-żgħażagħ stess, il-Youth Club kompla ukoll matul is-sena skolastika 2010/2011.  Dan il-klabb jiltaqa’ regolarment darba fil-ġimgħa fil-Learning Support Zone, Sekondarjua Subien Birkirkara fejn iż-żgħażagħ flimkien mal-Youth Worker tal-Kulleġġ, jagħmlu sports, drama, krafts, tisjir u esperjenzi oħra.  Iż-żgħażagħ għamlu wkoll xogħol volontarju fl-istituzzjoni lokali għat-tfal, kif ukoll ippreparaw kartolini u organizzaw il-bejgħ ta’ kejkijiet u frott b’risq il-Youth Club tal-Kulleġġ.  Fi żmien il-Milied iż-żgħażagħ organizzaw u attendew party fiż-żmien tal-festi.  Fix-xhur li ġejjin sejrin jieħdu sehem f’tournaments tal-futboll ma’ kulleġġi oħra, live-ins, hikes u abseiling fost ħwejjeġ oħra.

Għat tieni sena konsekuttiva waqt il-vaganzi tas-sajf 2011, il-Kulleġġ Santa Tereża reġa’ organizza il-Youth Club għall l-istudenti żagħżagħ fil-Kulleġġ. L-istudenti kienu jiltaqgħu darbtejn f’ġimgħa fejn ippparteċipaw f’ħafna attivitajiet diversi fosthom logħob sportiv, xogħol volontarju, tisjir, drama, krafts,  filming u inizjattivi favur l-ambjent. Din is-sena il-Youth Club iffoka fuq il-konservazzjoni tal-ambjent u l-istudenti għamlu riċerka, iffilmjaw u ddokumentaw siti differenti f’Birkirkara bħalha parti minn proġett.  L-istudenti żergħu u ħadu ħsieb it-tkabbir ta’ ħxejjex aromatiċi f’parti mill-ġnien tal-iskola. Fl-aħħar tal-Youth Club saret attività li għaliha tendiet il-Kummissarju tat-tfal Ms Helen D’Amato fejn l-istudenti tellgħu play miktuba minn wieħed mill-istudenti stess. Fl-aħħar ta’ din iċ-ċelebrazzjoni Ms D’Amato ppreżentat ċertifikat ta’ parteċipazzjoni lil kull student. Minn din is-sena skolastika l-Kulleġġ Santa Tereża għandu żewġ Youth Clubs fejn l-istudenti subien u bniet jiltaqgħu fuq ġranet differenti kull ġimgħa separatament u  jitgħallmu abiltajiet differenti.  Jiġu organizzati attivitajiet ukoll flimkien fuq livell ta’ Kulleġġ.  Matul il-vaganzi ta’ nofs it-term, ġie organizzat hike fl-inħawi tar-Rabat għall-membri subien u bniet taż-żewġ Youth Clubs tal-Kulleġġ. Il-Youth Clubs tal-Kulleġġ huma miftuħin għal żgħażagħ studenti mit-tielet sena sekondarju 'l fuq.  Il-Youth Clubs huwa mmexxi mill-Youth Worker tal-Kulleġġ.  Min jixtieq jibda jattendi hu mitlub jinforma lill-Kap tal-iskola.

 

Youth Club - Sajf 2010

 

Youth Club

Youth ClubYouth Club

Youth ClubYouth Club

Youth Club

Youth ClubYouth Club

 

 

 

 


Il-Youth Club se jiltaqa’ għall-ewwel darba din is-sena skolastika, nhar it-Tlieta 9 ta’ Ottubru, 2012 wara l-iskola sal:4:30pm fl-Iskola Sekondarja Subien, Birkirkara (Ta’ Paris).  Huwa mportanti li tkunu tafu li MHUX sejjer ikun hemm trasport organizzat mill-iskola u għalhekk tridu tagħmlu arranġamenti intom sabiex l-istudenti jaslu u jitilqgħu mill-iskola meta jispiċċa l-klabb.

Nispera li naraw lil-uliedkom din is-sena fil-STC Youth Club.  Jekk tixtiequ li uliedkom jattendu l-Youth Club, intom mitluba li timlew il-formola mhemuża sabiex tgħatu l-permess tagħkom u tibgħatuha lili ma’ uliedkom.

Għal waqt il-ħin tal-klabb tajjeb li l-istudenti jilbsu żraben ta’ l-isports u jkollhom tibdila ta’ track suit.  Tajjeb ukoll li jġibu magħhom lunch extra u ilma.

Jekk tixtiequ aktar informazzjoni, tistgħu tikkuntatjawni fuq in-numru tat-telefon: 21491209.

Inselli ħafna għalikom


Pauline Tufigno
College Youth Worker


Tista' tniżżel l-applikazzjoni għall-Youth Club minn fuq din il-link.


Applikazzjoni

 

 

Last Updated on Thursday, 12 September 2013 08:46
 
 
Joomla 1.5 Templates by Joomlashack