Parva Parvorum Pulchra

Parva Parvorum Pulchra

Santa Tereża tal-Bambin Ġesù PDF Print E-mail

Il-Kulleġġ tagħna hu msemmi għal din il-qaddisa. Il-Motto tal-Kulleġġ, Parva Parvorum Pulchra, hu meħud mill-filosofija tagħha. Li kulħadd bl-affarjiet ċkejknin li jagħmel kuljum, jagħmel aktar ġid għall-oħrajn u jtejjeb lilu nnifsu.

Ftit ħjiel dwar Santa Tereża tal-Bambin Ġesù

 

Twelid: 2 ta’ Jannar 1873, f’Alençon (fi Franza)

Il-ġenituri tagħha kienu Louis u Zélie Martin; il-missier kien arluġġar  u   ommha kienet tieħu ħsieb grupp ta’ nisa li flimkien kienu jaħdmu l-bizzilla  u jbigħuha.

     Kienu ġenituri eżemplari, taw trobbija nisranija soda lil uliedhom (ġew iddikjarati beati mill-Papa Benedittu XVI fil-Ġurnata Missjunarja fit-19 ta’ Ottubru 2008) – stmati minn kulħadd.

     Ommha mietet meta hi kellha erba’ snin (Tereżina hi l-protettriċi ta’ dawk li jmutulhom il-ġenituri tagħhom)

 

 

 

 

 

Daħlet soru Karmelitana fl-eta’ ta’ 15-il sena, xi ħaġa li ma kenitx komuni dak iż-żmien (kienu jidħlu ta’ 18-il sena) – talbet il-permess lill-Papa stess (Ljun XIII) meta kienet marret pellegrinaġġ f’Ruma mal-familja tagħha: “Għamel dak li jgħidulek is-Superjuri tiegħek.”

 

Tereza kbira F’kollox tfittex lil Alla, anki meta fil-kunvent kienu jittrattawha ħażin, jew ma kienux jifhmuha. Imma ma kenitx tgerger jew tingħalaq fiha nnifisha, anzi kienet tara kif tagħmel biex tferraħ lill-oħrajn; Majjistra tan-Novizzi (ta’ 20 sena!)

Għala jgħidulha ż-Żgħira? Minħabba li hemm Sta. Tereża l-Kbira (Santa Tereża t'Avila), u anki għaliex il-mixja spiritwali tagħha kienet tqisha bħalha l-Mixja ċ-Ċkejkna, bħalma tifel żgħir jintelaq b’tama u imħabba f’idejn il-ġenituri tiegħu

L-istorja ta’ Ruħ (Story of a Soul), hu l-awtobijografija tagħha.

Mietet: fl-1 ta’ Ottubru 1897, ta’ 24 sena, f’Lisieux (fi Franza) bit-tuberkolożi.

''Inwiegħed li meta mmut, nibgħat xita ta’ ward mis-sena ... ''– il-grazzji u l-mirakli li seħħew wara mewtha

Kwotazzjonijiet

You know well enough that Our Lord does not look so much at the greatness of our actions, nor even at their difficulty, but at the love with which we do them.
Saint Therese of Lisieux

Our Lord needs from us neither great deeds nor profound thoughts. Neither intelligence nor talents. He cherishes simplicity.
Saint Therese of Lisieux

Jesus, help me to simplify my life by learning what you want me to be - and becoming that person.
Therese of Lisieux, from Story of a Soul

 
 
Joomla 1.5 Templates by Joomlashack