Parva Parvorum Pulchra

Parva Parvorum Pulchra

Fittex fis-Sit

Five Transformational Consistencies - kors speċjalizzat dwar l-imġieba fl-iskola PDF Print E-mail
Written by Administrator2   
Friday, 13 July 2012 08:55

 

Fit-3 ta’ Lulju, 2012, fis-sala ewlenija ta’ l-Iskola Sekondarja tas-Subien fil-Kulleġġ Santa Tereża, sar kors speċjalizzat dwar l-imġieba fl-iskola immexxi mill-Prifett tad-Dixxiplina tal-Kulleġġ, is-Sur Aaron Borg.  Għall-kors attendew 45 membru tal-istaff mill-Kulleġġ fosthom Kap ta’ skola, Assistenti Kapijiet, Head of Department, diversi għalliema u Learning Support Assistants mill-iskejjel primarji u sekondarji kif ukoll it-Trainee INCO tas-Sekondarja.
Il-kors żviluppa ideat dwar kif ħames konsistenzi jistgħu ibiddlu l-imġieba tal-istudenti fl-iskola.  Il-ħames konsistenzi huma:

• Kif tilqa’ lill-Istudenti (Meet and Greet)
• Nagħtu l-Importanza lill-Istudenti (Giving Importance)
• L-Użu effettiv tal-Emozzjonijiet (Strip Out the Emotion)
• It-tagħlim ta’ Rutini (Teach Routines)
• Il-Konsegwenzi li għandhom jingħataw (Step Up Consequences)
• L-Istennija mill-Għalliema (Teacher Expectations)

Il-kors ittella’ miċ-Ċentru għall-Iżvilupp fit-Tmexxija fi ħdan il-Kulleġġ Santa Tereża.  Il-materjal tal-kors huwa maħluq minn Pivotal Education UK u mixtri mill-Kulleġġ Santa Tereża.  Il-parteċipazzjoni għal dan il-kors kienet volontarja u kull parteċipant ingħata ċertifikat t’attendenza. 

 

Last Updated on Friday, 13 July 2012 09:06
 
 
Joomla 1.5 Templates by Joomlashack