Parva Parvorum Pulchra

Parva Parvorum Pulchra

Fittex fis-Sit

Banner
Banner
Banner
Banner
Banner

Stħarriġ

Kemm -il network hu involut fihom il-Kulleġġ Santa Tereża?
 

Min qiegħed online

Għandna 18 mistednin online
Merħba fil-Kulleġġ Santa Tereża
Vidjo dwar l-Għażla tas-Suġġetti PDF Print E-mail

Dalwaqt jasal iż-żmien li fih l-istudenti tas-sitt sena tal-primarji jagħżlu s-suġġetti li jkunu jridu jitgħallmu fl-ewwel sena tas-sekondarja.

Lingwa - Din tibqa' l-istess għal ħames snin tas-Sekondarja

Option - Din tgħodd għall-ewwel u t-tieni sena tas-sekondarja

JavaScript is disabled!
To display this content, you need a JavaScript capable browser.

 
Fitness Sessions PDF Print E-mail

F’din is-sena skolastika, qegħdin isiru Fitness Sessions fl-iskejjel primarji tal-Kulleġġ. F’dawn is-sessjonijiet it-tfal qegħdin jiġu mgħotija iċ-ċans li jkomplu jitgħallmu u jtejbu l-abilitajiet tagħhom fl-isport. L-iżjed li qed jingħataw mportanza huma l-‘Fundamental Skills'. Dawn huma essenzjali għal kull dixxiplina sportiva biex it-tfal ikollhom bażi soda. Permezz ta’ din l-attività qegħdin nippruvaw inrawmu lit-tfal f’kultura sportiva. Din twassal għal ħafna benefiċċji tul il-ħajja ta’ persuna, speċjalment fl-iżvilupp fiżiku, mentali u soċjali.

JavaScript is disabled!
To display this content, you need a JavaScript capable browser.

 
Laqgħat għall-Ġenituri PDF Print E-mail

Il-Kulleġġ Santa Tereża qiegħed jorganizza sensiela ta’ laqgħat fuq diversi temi marbutin ma’ stili ta’ ħajja sana fosthom Dental Care, Health and Safety in the Home, Alcohol Consumption, Sports and Healthy Lifestyle u Effective Communication.  L-iskop ta’ dawn il-laqgħat huwa li jipprovdu ħiliet bażiċi għall-ħajja ta’ kuljum u jgħinu lill-ġenituri fit-trobbija tal-ulied. Il-laqgħat qegħdin isiru fl-iskejjel tal-Kulleġġ Santa Tereża mis-6.00 sas 7.00 ta’ filgħaxija.

Għal aktar informazzjoni ikklikkja hawn.

 
Awguri 2012 PDF Print E-mail

Fiż-żminijet tal-festi, l-istudenti tal-Youth Club tal-Kulleġġ Santa Tereża flimkien ma’ rappreżentanti mill-kunsilli ta’ l-istudenti tal-Kulleġġ, il-Youth Worker tal-Kulleġġ u ġenituri taw l-awguri għas-sena l-ġdida lill-ogħla awtoritajiet ta’ Malta.  Dawn ġew milqugħa mill-President tar-Repubblika ta’ Malta, Dr George Abela, l-Arċisqof ta’ Malta Mons. P. Cremona u l-Prim Ministru Dr Lawrence Gonzi. Waqt din iż-żjara l-istudenti ppreżentaw kopja tad-DVD li l-istudenti tal-Youth Club ħadmu fuq Heritage Trail ta’ Birkirkara lil dawn il-personalitajiet distinti.

 
 
Joomla 1.5 Templates by Joomlashack